Servizz.gov iniedi portal ġdid għal servizzi pubbliċi aktar personalizzati
Kull wieħed u waħda minna, xi darba jew oħra, ikollu mument fejn il-ħajja nħossuha bi tqila, fejn aħbar iġġiblek id-dinja ta’ taħt fuq u l-uniku serħan tal-moħħ tiġi mingħand nies li lanqas inkunu nafuhom.
Bħala Servizz Pubbliku qed nistiednu lill-uffiċjali kollha biex jikkunsidraw li jingħaqdu mal-iskema ta’ donazzjonijiet favur il-Malta Community Chest Fund (MCCF). Permezz ta’ din l-iskema, tista’ tagħti kontribuzzjoni żgħira mill-paga tiegħek, b’mod regolari. Din l-għajnuna tmur għand persuni u familji li għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Forsi donazzjoni waħda tidher ftit imma meta l-ftit tiegħek jingħaqad mal-ftit ta’ eluf oħra, issir ħaġa kbira.
Il-parteċipazzjoni hija sempliċi u sigura permezz tal-e-form apposta minn hawn. Min diġà qed jagħti sehmu m’għandux għalfejn japplika mill-ġdid. Din id-donazzjoni tibqa’ għaddejja skont l-arranġamenti magħżula u kulħadd huwa liberu li jbiddel jew iwaqqaf id-donazzjoni tiegħu meta jrid.
Din il-ġenerożità żgħira hija ta’ għajnuna għal min huwa fil-bżonn. Xi darba tista’ tkun int li tiġi bżonn dik l-id ta’ għajnuna. Flimkien, anke bl-iżgħar ġest, nistgħu nkomplu nagħtu tama lil min l-aktar għandu bżonnha.