image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

85% TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-NAO IMPLIMENTATI MIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Date 17.11.2022
Time 5 minutes

​Aktar minn 85% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ġew imwettqa mis-Servizz Pubbliku. Din ir-rata ta’ implimentazzjoni hi akbar mill-medja tal-aħħar 7 snin.

Ħabbar dan is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana waqt laqgħa li kellu mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara. Fiha ġiet imnedija l-pubblikazzjoni ‘Governance Action’, li tkopri r-risposta tal-amministrazzjoni pubblika għar-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2020 u rapporti oħra li l-NAO ħareġ fl-2021.

Is-Sur Sultana spjega li minn 45 audit li għamel l-NAO, inħarġu 537 rakkomandazzjoni, li minnhom is-Servizz Pubbliku aċċetta 527. Dawn wasslu għal 1,171 azzjoni, li minnhom twettqu 85.4%.

“Il-ħidma ta’ din is-sena tindika wkoll żieda ta’ 450 azzjoni fuq iċ-ċifri tas-sena li għaddiet. Dan ifisser illi l-mekkaniżmi u l-istrutturi interni li għandu s-Servizz Pubbliku qed jaħdmu, anzi qed itejbu r-riżultati tagħhom. B’hekk inkomplu nsaħħu l-kontabbiltà u nwettquha fil-prattika,” temm jgħid is-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Fi tmiem il-laqgħa, is-Sur Sultana ppreżenta l-ewwel kopja tal-pubblikazzjoni lill-Awditur Ġenerali s-Sur Charles Deguara.

Il-pubblikazzjoni ‘Governance Action on NAO’s Annual Report on Public Accounts 2020 & other NAO reports 2021’ jinsab fuq is-sit tas-Servizz Pubbliku.​

17.11.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI