image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

79% TAL-POPLU MALTI KUNTENT BIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Date 13.09.2022
Time 5 minutes

​Malta tikseb it-tielet post fl-Ewropa

​​

Erbgħa minn kull ħames ċittadini Maltin huma kuntenti bis-Servizz Pubbliku Malti. Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Eurobarometer​ ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, b’pajjiżna jikseb it-tielet post fl-Ewropa dwar il-kuntentizza fl-għoti tas-servizzi pubbliċi.

Għall-mistoqsija ta’ kemm il-poplu Malti hu kuntent bil-provvista ta’ servizzi pubbliċi, 79% wieġbu li jinsabu kuntenti u s-servizzi qed jingħataw b’mod tajjeb. Dan hu 27% aktar mill-medja Ewropea.

Fl-istess stħarriġ, il-poplu Malti qal li jafda lis-Servizz Pubbliku 17% aktar mill-medja Ewropea. F’din il-klassifika dwar il-fiduċja fis-servizzi pubbliċi, Malta tinsab fir-raba’ post fl-Ewropa.

Is-Sur Tony Sultana, il-Kap tas-Servizz Pubbliku, qal li dawn ir-riżultati se jservu ta’ bażi minn fejn titkompla l-ħidma għal servizzi aħjar u aktar diġitalizzati. Dawn ir-riżultati jixhdu r-rieda tas-Servizz Pubbliku li jkompli jaġġorna ruħu u jibqa’ joffri servizzi tal-ogħla kwalità. Fl-istess waqt huma prova oħra ta’ kemm l-ogħla livelli ta’ governanza li jħaddan is-Servizz Pubbliku qed ikomplu jixprunaw iktar fiduċja mill-klijenti tiegħu.

Il-Eurobarometer huwa stħarriġ li jsir mill-Kummissjoni Ewropea darbtejn fis-sena u jkejjel is-sentiment ta’ kull poplu Ewropew.

13.09.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI