image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

IMWETTQA 77% TAL-MIŻURI TAL-BAĠIT

Date 17.10.2022
Time 5 minutes

77% tal-miżuri tal-Baġit ġew imwettqa fl-2022. Dan ħareġ minn eżerċizzju li għamel is-Servizz Pubbliku u li ġie ppubblikat bil-ħidma li saret fuq kull miżura tal-Baġit.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, spjega kif dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ juri li b’kollox din is-sena twettqu 324 miżura. Dan jinkludi miżuri mill-baġit 2022 kif ukoll miżuri oħrajn li fis-sena tagħhom kienu fi stadju ta’ twettiq u li twettqu din is-sena.

Fost il-miżuri mwettqa nsibu ċentri tas-saħħa ġodda, aktar mediċini b’xejn, il-firxa ta’ Community Policing f’aktar lokalitajiet, spazji ħodor ġodda, żieda fl-istipendji, trasport pubbliku b’xejn, żidiet fil-pensjonijiet u tnaqqis fit-taxxi tal-part timers.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Tony Sultana, semma kif b’dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u twettiq, is-Servizz Pubbliku qed jara li mhux biss ikun effiċjenti iżda wkoll effettiv. Qal kif ir-rata ta’ twettiq ta’ din is-sena kienet fost l-ogħla fl-aħħar snin minkejja l-isfidi ta’ din is-sena, li kienu jinkludu elezzjoni ġenerali u t-tibdil sussegwenti ta’ portafolli.

Il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li l-miżuri tal-Baġit għas-sena 2022 ġew imwettqa fi sfond ta’ sfidi kbar kawża tal-Gwerra. Huwa spjega li fis-swieq internazzjonali, il-prezzijiet tal-enerġija għolew b’mod sproporzjonat. Hu semma dak li qed jiġri f’pajjiż ġirien ta’ Malta - L-Italja. Il-familji Taljani qed jistennew kontijiet tal-enerġija li jilħqu l-€4700. F’Malta din ir-realtà ma teżistix għaliex il-Gvern qed jintervjeni b’mod b’saħħtu u qed jerfa’ dan il-piż hu minn fuq il-familji Maltin u Għawdxin.​

Għal darb’oħra, il-miżuri tal-Baġit 2022 ġew allinjati mal-miri tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; f’dan ir-rigward, Malta preżentament tokkupa t-33 post minn 163 pajjiż.

Il-pubblikazzjoni ‘It-Twettiq tal-Baġit 2022,’ maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, tista’ tinqara minn hawn.

17.10.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI