image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Ir-rwol tal-Konsulari Maltin f'każ ta kriżi

Date 06.03.2026
Time 5 minuti

Iċ-Ċentru ta’ Kriżi fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Konsulari u l-Maltin li  Jgħixu Barra jaħdem bil-għan sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-vjaġġaturi Maltin fejn jidħol is-safar lil hinn minn xtutna. Dan jintlaħaq billi jiġu mogħtija pariri dwar l-ivvjaġġar aċċessibbli online, kampanji ta’ informazzjoni, kif ukoll jinżamm kuntatt mal-pubbliku permezz ta’ attivitajiet informattivi biex jissaħħaħ l-għarfien dwar safar aktar sigur.


L-informazzjoni hija l-qalb tal-istrateġija konsulari taċ-Ċentru. Din l-informazzjoni tinħareġ fil-forma ta’ pariri aġġornati u preċiżi, flimkien ma’ linji ta’ gwida ġenerali utli għal meta vjaġġaturi jiffaċċjaw xi intopp.


Barra minn hekk, permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali, iċ-Ċentru jipprovdi assistenza konsulari lill-vjaġġaturi Maltin li jsibu ruħhom fi kriżi barra minn Malta. Madankollu, iċ-Ċentru huwa wkoll responsabbli biex jipprovdi assistenza lil ċittadini barranin jekk dawn isibu ruħhom fi kriżi maġġuri f’ Malta.


Dawn id-dmirijiet jitwettqu permezz ta’ monitoraġġ kontinwu f’dak kollu li jkun għaddej madwar id-dinja, tixrid fil-ħin ta’ informazzjoni u koordinazzjoni bir-reqqa mal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea (UE). Dan jiżgura li tkun tista’ tittieħed azzjoni koordinata mill-membri stati.


Kriżijiet huma meqjusa bħala ġrajjiet li ma jkunux mistennija, jisfrattaw il-ħajja ta’ kuljum u li jheddu l-benessri u l-kwalità tal-ħajja. Eżempji ta’ dawn jinkludu diżastri naturali, gwerer u inkwiet ċivili. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi ssir ħidma flimkien mal-Ambaxxati, Kummissjonijiet Għolja u l-Konsulati Maltin tal-pajjiż. F’każijiet fejn ma hemmx rappreżentazzjoni Maltija formali, iċ-Ċentru jikkoopera ma’ Stati Membri oħrajn tal-UE sabiex tiġi provduta l-għajnuna meħtieġa. Fejn issa qed isseħħ safar aktar minn qatt qabel, kif ukoll li żdied l-ivvjaġġar lejn destinazzjonijiet aktar ’il bogħod, jiżdied ir-riskju li vjaġġaturi Maltin jiltaqgħu ma’ xi emerġenza barra mill-pajjiż. Dan jagħmel il-ħidma taċ-Ċentru kruċjali aktar minn qatt qabel, u b’hekk ikun meħtieġ stat ta’ preparazzjoni kostanti għal dak li jista’ jinqala’.


Għal aktar informazzjoni dwar il-ħidma taċ-Ċentru ta’ Kriżi, żur is-Sit ConsularPlus fuq consularplus.gov.mt


06.03.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI