image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

IS-SERVIZZ PUBBLIKU B’RIKONOXXIMENTI LILL-UFFIĊJALI PUBBLIĊI

Date 12.05.2023
Time 5 minutes

Il-Ġimgħa filgħaxija s-Servizz Pubbliku rrikonoxxa l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi li spikkaw f'ħidmiethom matul is-sena li għaddiet, f'ċerimonja li saret taħt il-patroċinju tal-President Dr George Vella, u li ġabet fi tmiem l-ewwel edizzjoni tal-Public Service Expo.

F'diskors tal-okkażjoni, il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ddeskriva l-uffiċjal pubbliku bħala l-akbar riżorsa li għandu s-Servizz Pubbliku, u stqarr li okkażjonijiet bħal dawn jippremjaw il-motivazzjoni, l-innovazzjoni u s-sens ta' appartenenza tal-uffiċjal.

Għal din is-sena, il-maġġoranza assoluta tal-premjijiet kienu miftuħin għan-nominazzjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi stess, b'bord imwaqqaf apposta jirċievi kważi 300 nominazzjoni.

Ir-rikonoxximenti li ngħataw kienu dawn:

Best Green Initiative ngħata lill-Inġinier Ramon Tabone mid-Direttorat tal-Inġinerija fl-isptar Mater Dei. Is-Sur Tabone ħadem fuq proġett fejn naqqas il-ħela ta' sħana mill-inġenji taċ-Chillers tal-isptar, billi jutilizza din l-istess enerġija biex issaħħan is-swali u l-ilma domestiku. Hu stmat li dan wassal għall-iffrankar ta' miljun litru fuel, u t-tnaqqis ta' aktar minn tliet miljun kilogramma ta' emissjoni tal-karbonju.

Best Digital Solution ingħata lill-Information Management Unit tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, għall-iżvilupp tal-pjattaforma 'mySocialSecurity.' Din l-għodda toffri servizzi soċjali personalizzati, b'faċilità ta' stimi ta' benefiċċji li applikant ikun eliġibbli għalihom.

Inclusion Award ingħata lit-tim tal-Community Policing fil-Marsa. Dan it-tim stabbilixxa diversi attivitajiet li bihom qed iwasslu għal aktar inklużjoni kif ukoll qed iservu ta' pont bejn gruppi ta' minoranza u l-awtoritajiet.

Inspiring Social Responsibility Award ingħata lill-Malta Food Agency, għat-tqassim ta' frott, ħaxix u ħut frisk lil soup kitchens u food banks.

Project of the Year ingħata lid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għall-proġett 'Dar Padova,' klinika b'numru ta' servizzi olistiċi taħt saqaf wieħed għall-anzjani f'Għawdex, inkluż ukoll il-faċilità ta' night shelter.

Team Recognition Award ingħata lit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali (IRU) fi ħdan id-Diviżjoni tan-Nies u Standards, tax-xogħol tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema b'ħiliet ta' negozjar u abbiltà li tnaqqas il-kunflitti fix-xogħol ta' kuljum.

Quality Award ingħata lil Business First, wara li konsistentement ġabet riżultati pożittivi fil-kontrolli interni tas-Servizz Pubbliku li jħarsu l-livelli ta' kwalità. L-Uffiċċju tal-Passaport u l-uffiċċju tal-eID fi ħdan Identity Malta, l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari, il-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u l-Health Care Funding kisbu l-Quality Label.

Best Practice in Good Governance Award ingħata lill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċjali, wara r-rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) f'audit riċenti.

Role Model Award ingħata lill-Kuntistabbli tal-Pulizija Aiden Brignone Carachi, li ġie deskritt minn sħabu bħala persuna diliġenti u ta' etika li jaqdi dmiru b'attenzjoni. Hu kien strumentali biex salva mill-mewt persuna li tatha puplesija u li ma kinitx qed taċċetta għajnuna hi stess.

Matul is-serata ingħata wkoll ir-rikonoxximent 'Outstanding Effort Award' mill-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana, lit-tim tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn l-uffiċjali ġew rikonoxxuti talli fi Frar li għadda, telqu barra minn xtutna biex jassistu l-vittmi tat-terremot fit-Turkija.​

12.05.2023
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI