image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Il-Bank tal-Leave: Il-Ħin li Jinqaleb f’Għajnuna

Date 12.12.2025
Time 5 minutI

Il-Bank tal-leave jservi bħala mezz fejn Uffiċjali Pubbliċi jistgħu joffru s-sapport tagħhom lill-kollegi li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja tagħhom minħabba mard jew każijiet umanitarji oħrajn. Dawn jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet bħal mard serju li jimpedixxi l-impjegati milli jaqdu dmirijiethom, safar sabiex wieħed jirċievi trattament mediku għalih innifsu jew sabiex jakkumpanja lill-familjari waqt li huma jirċievu t-trattament.

 

Fl-2024, 189 impjegat ibbenefika minn madwar 53,000 siegħa permezz ta’ din l-inizjattiva.

 

Din l-inizjattiva hija waħda fost ħafna li jirriflettu l-impenn kontinwu tal-Amministrazzjoni Pubblika biex tissalvagwardja l-benesseri tal-impjegati tagħha. L-Amministrazzjoni toffri numru ta’ miżuri li jippromwovu l-bilanċ favur il-ħajja u x-xogħol, flimkien ma’ servizzi li huma ddisinjati li jipproteġu s-saħħa mentali tal-impjegati.

 

Din l-iskema toffri l-possibilità li impjegati pubbliċi jikkontribwixxu parti mil-leave jew time-off tagħhom lill-Fond Ċentrali. Imbagħad, dawn is-sigħat jiġu pproċessati u allokati fuq bażi umanitarja lill-kollegi li jkunu għaddejin minn żmien diffiċli u li jkollhom bżonn is-sapport.

 

L-impjegati pubbliċi kollha huma mħeġġa li jikkunsidraw jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom għax kull donazzjoni tgħin. Individwi jistgħu jikkuntattjaw lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-Ministeru rispettiv tagħhom għal aktar informazzjoni ta’ kif jistħgu jagħtu s-sigħat jew saħansitra kif jibbenefikaw minn din il-miżura, suġġett għall-kriterji tal-eliġibilità applikabbli.

 

L-impjegati jistgħu jċemplu l-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi fuq 22001225 jew jibagħtu email fuq [email protected] għal aktar informazzjoni.

12.12.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI