image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Servizz.gov iniedi portal ġdid għal servizzi pubbliċi aktar personalizzati

Date 03.07.2026
Time 5 minuti

Servizz.gov nieda verżjoni ġdida u mtejba tal-portal tiegħu, Servizz.gov.mt, b’għodod diġitali ġodda mfassla biex jagħmlu s-servizzi pubbliċi aktar sempliċi, aċċessibbli u personalizzati għall-bżonnijiet taċ-ċittadini.


Il-portal għandu rwol importanti bħala wieħed mill-punti ewlenin ta’ kuntatt bejn il-pubbliku u s-Servizz Pubbliku. Matul is-sena li għaddiet, is-sit irreġistra aktar minn 738,000 utent u ġġenera aktar minn żewġ miljun page view, u dan juri kemm dan is-servizz diġitali huwa essenzjali għall-pubbliku.


Fost il-funzjonalitajiet ġodda hemm il-Benefit Finder, għodda intelliġenti li tgħin lill-utenti jidentifikaw servizzi u benefiċċji li jistgħu jkunu eliġibbli għalihom. Is-servizzi issa huma organizzati wkoll skont avvenimenti importanti fil-ħajja, biex l-utenti jaslu aktar faċilment għal dak li għandhom bżonn.


Il-pjattaforma tinkludi wkoll dashboards personalizzati, booking online għal appuntamenti f’servizzi magħżula, fosthom assistenza fuq taxxa u l-ġbir ta’ karti tal-identità, kif ukoll chatbot għal assistenza immedjata. Is-servizzi kollha huma disponibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.


Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Tony Sultana, qal li dan l-investiment isaħħaħ il-kwalità tas-servizzi offruti liċ-ċittadini u jkompli jibni fuq il-vjaġġ ta’ trasformazzjoni diġitali tas-Servizz Pubbliku. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizz.gov, Massimo Vella, sostna li l-għan huwa li kull persuna tkun tista’ taċċessa s-servizzi tal-Gvern b’mod aktar faċli, effiċjenti u personalizzat.


03.07.2026
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Malta Terġa’ Tikklassifika fl-Ewwel Post fl-Ewropa għas-Servizzi Diġitali tal-Gvern

Arrow
Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI