image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Ir-Rwol tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi

Date 07.02.2025
Time 5 minuti

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) huwa d-dipartiment regolatorju Malti dwar affarijiet relatati mal-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali. 

Ir-rwol ewlieni tad-dipartiment huwa li jipproteġi lill-partijiet involuti f’kuntratt ta’ impjieg u jżomm relazzjoni ta’ impjieg b’saħħitha fi spirtu ta’ sħubija soċjali, u b’hekk jikkontribwixxi għal relazzjonijiet industrijali stabbli, filwaqt li jipprovdi informazzjoni u analiżi lill-gvern dwar liġijiet u miżuri li jittrattaw il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.  

Id-dipartiment joffri wkoll is-servizzi tiegħu lill-pubbliku inġenerali, b’mod partikolari dawk li għandhom impjieg jew li l-impjieg tagħhom ġie tterminat, lit-trade unions, prinċipali u assoċjazzjonijiet tal-prinċipali. 

Fl-2024, it-taqsima tal-Customer Care tad-dipartiment wieġbet 14,649 email, serviet 3,122 klijent u wieġbet 25,386 telefonata li rċeviet fuq il-helplines tad-dipartiment.

Id-dipartiment jinvestiga 1202 każijiet ta’ persuni li l-impjieg tagħhom ikun ġie tterminat u anki dawk li jkunu għadhom fl-impjieg u għalhekk għandu l-għan li jirkupra pagi u benefiċċji u ħlasijiet oħra mhux imħallsa u benefiċċji li jkunu dovuti.  L-ammont ta’ claims li saru mid-dipartiment fl-2024 kien ta’ €2,626343.59 filwaqt li l-ammont ta’ pagi li nġabru mid-dipartiment u ngħataw lura lill-ħaddiema bonarjament permezz ta’ medjazzjoni minn-naħa tad-dipartiment kien ta’  €1,668569.87.


Apparti minn hekk, fl-2024 id-dipartiment nieda studju investigattiv relatat mas-settur tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja (food couriers). Id-dipartiment ħass il-ħtieġa illi jwettaq studju investigattiv biex tittieħed stampa ta’ x’qed jiġri f’dan is-settur u jittieħdu azzjonijiet neċassarji f’każ li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jkunux qed jiġu osservati. F’din l-investigazzjoni qed jiġu investigati 49 prinċipal u qed ikunu koperti 1897 impjegat.


Din is-sena id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi beda jilqa’ applikazzjonijiet u mill-bidu ta’ April bdew jinħarġu l-liċenzji li għall-ewwel darba se jkunu qed jirregolaw aġenziji tal-impjieg li joperaw bħala aġenzija ta’ xogħol temporanju u bħala aġenzija tal-outsourcing. L-iskop ta’ dawn ir-regolamenti huwa biex ikun assigurat illi Aġenziji tal-Impjieg ikollhom l-operat tagħhom regolat u akkontabbli. Fl-2024 inħarġu 135 liċenzja u għaxar operaturi inħarġitilhom liċenzja kundizzjonali.


Irwol ieħor tad-dipartiment huwa li b’approċċ proattiv isolvi tilwim industrijali b’soluzzjoni ta’ sodisfazzjon kemm għall-intrapriża partikolari kif ukoll għall-union involuta, permezz ta’ laqgħat konċiljatorji. Din is-sena saru 28 laqgħa li fi 23 minnhom intlaħaq ftehim. 

07.02.2025
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI