Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku
Ġie mniedi servizz online ġdid li jiffaċilita r-riċerka dwar l-eżistenza ta’ testmenti sigrieti, b’pass importanti ieħor lejn servizzi tal-ġustizzja aktar moderni, effiċjenti u aċċessibbli.
Permezz ta’ dan is-servizz diġitali, proċess li qabel kien jitwettaq b’mod manwali u seta’ jieħu bejn ġimagħtejn u tliet ġimgħat, issa jista’ jitlesta fi ftit minuti. Iċ-ċittadini u l-professjonisti jistgħu jagħmlu t-talba mill-uffiċċju jew mid-dar tagħhom, filwaqt li ċ-ċertifikat bir-riżultat jintbagħat immedjatament.
Is-servizz huwa marbut ma’ każijiet fejn, wara l-mewt ta’ persuna, ikun hemm bżonn jiġi vverifikat jekk jeżistix testment sigriet. Jekk ir-riċerka tkun pożittiva, avukat jew nutar ikun jista’ jitlob il-pubblikazzjoni tiegħu skont il-liġi.
Matul is-sena li għaddiet ġew ippreżentati aktar minn 13,000 talba għal riċerki ta’ testmenti sigrieti, u dan juri l-importanza ta’ servizz bħal dan għall-pubbliku u għall-professjonisti legali.
Din l-inizjattiva tkompli ssaħħaħ il-ħidma lejn ġustizzja aktar diġitali u effiċjenti, filwaqt li tgħin lill-ħaddiema tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja jiffukaw aktar fuq każijiet li jirrikjedu analiżi u ġudizzju aktar fil-fond.
Is-servizz il-ġdid huwa eżempju konkret ta’ kif it-teknoloġija tista’ tintuża b’mod responsabbli biex ittejjeb is-servizzi pubbliċi u tnaqqas il-burokrazija għaċ-ċittadin.