Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi nieda l-Prospectus għas-sena akkademika 2022-2023. Dan jinkludi fih l-informazzjoni kollha dwar korsijiet li jkopru kompetenzi meħtieġa mill-uffiċjali pubbliċi għall-ħtiġijiet tal-lum.
Fost it-taħriġ li qed jiġi offrut hemm dak marbut ma’ pożizzjonijiet u gradi speċifiċi, iżda hemm ukoll korsijiet standalone li jkopru numru kbir ta’ temi partikolari, bħal pereżempju taħriġ dwar riżorsi umani, finanzi, xiri pubbliku, ICT u customer care.
Il-perjodu tal-applikazzjoni għal Semestru A huwa miftuħ sas-16 ta’ Settembru 2022. Dawk l-uffiċjali li huma interessati għandhom japplikaw online fuq www.ips-prospectus.gov.mt. Wara din id-data ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet.
Il-fuljett tal-IPS Prospectus flimkien ma’ linji gwida dwar kif wieħed jista’ japplika u lista ta’ mistoqsijiet (FAQs) jinsabu fis-sit elettroniku tal-IPS www.instituteforthepublicservices.gov.mt. Il-ministeri qed jirċievu wkoll kopji stampati tal-Prospectus u l-fuljett immirat lejn l-impjegati fil-gradi tekniċi u industrijali.
F’każ ta’ diffikultà wieħed jista’ jikkuntattja lid-diretturi responsabbli mir-Riżorsi Umani u People Management jew lill-IPS direttament fuq i[email protected] or by calling 2200 1884