image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Daħla mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana

Date 15.05.2024
Time 5 minutes

Merħba fuq dan is-sit elettroniku tas-Servizz Pubbliku.

Matul dawn l-aħħar snin is-Servizz Pubbliku kompla jaġġorna dejjem iżjed biex jersaq iktar qrib iċ-ċittadin. Fil-Public Service Expo ta’ din is-sena qed niddiskutu l-ħiliet tal-uffiċjali pubbliċi. X’ħiliet għandna fil-preżent u x’ħiliet għandna bżonn f’dinja li dejjem qed tevolvi? Kif se nużaw it-teknoloġija emerġenti biex nibqgħu ntejbu s-servizzi tagħna. Kif se nikkordinaw is-sistema edukattiva biex tipprepara l-istudenti tal-lum, u jsiru l-ħaddiema fl-amministrazzjoni pubblika ta’ għada?

Dan is-sit elettroniku qed jingħata dehra ġdida għaliex nemmnu li anke biex inwasslu l-messaġġ tagħna, għandna bżonn għodod ġodda. Fost oħrajn ma’ din il-verżjoni tas-sit, qed inżidu search engine li tfittex dak kollu li għandu bżonn il-klijent mid-database ta’ servizzi tal-Gvern, chatbot biex iċ-ċittadin ikun jista’ jinteraġixxi magħna direttament, kif ukoll possibilitajiet li tagħżel siti governattivi li tuża ta’ spiss u tagħmilhom favourites fil-profil tiegħek. Is-sit qed jingħata dehra ġdida wkoll f’termini ta’ aċċessibbiltà.

Dan mhux se jkun l-ewwel u l-aħħar li se jsiru kambjamenti fuq dan is-sit. L-investiment fuqu se jkompli jsir ħalli nibqgħu aġġornati maż-żmien. Qed isir ukoll investiment fil-midja soċjali b’team ta’ marketing iddedikat għaliha. Ħalli jkollna midja b’saħħitha u interessanti.

Dan għax nibqgħu nemmnu f’komunikazzjoni kontinwa mal-klijenti tagħna, mhux biss komunikazzjoni mingħandna għal għandkom imma wkoll viċi versa. Biex nibqgħu ntejbu b’mod kontinwu.

Grazzi tal-fiduċja tagħkom fina li aħna b’responsabbiltà rridu nsarrfuha fl-aqwa servizzi għalik.


15.05.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI