image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

MALTA BL-EWWEL POST FL-EGOVERNMENT MINN 35 PAJJIŻ EWROPEW

Date 02.08.2022
Time 5 minutes
Is-Servizz Pubbliku Malti ġie ċċertifikat l-ewwel fl-Ewropa fuq servizzi ta' eGovernment. Malta kisbet l-ewwel post b'riżultat ta' 96%, segwita mill-Estonja (90%) u mil-Lussemburgu (87%). Dan ħareġ mir-rapport 'eGovernment Benchmark Reports 2022' maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea, li fih janalizza servizzi governattivi online ta' 35 pajjiż Ewropew.
 

Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post ta' dan l-istudju wara li ġie l-ewwel fil-kriterji kollha ta' dan l-eżerċizzju. Ir-riżultat ta' pajjiżna kien 28% ogħla mill-medja tal-pajjiżi l-oħra.
 

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Malti Tony Sultana qal li dan hu ċertifikat ieħor tal-livelli għolja tas-servizzi pubbliċi f'pajjiżna. Qal li dan ma kienx ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni tal-uffiċjal pubbliku, u l-investiment li sar u li se jibqa' jsir biex is-Servizz Pubbliku Malti jkollu dejjem l-aqwa għodda u ħiliet diġitali fi ħdanu.

L-Unjoni Ewropea twettaq dan l-istudju kull sena biex tiddetermina kemm l-amministrazzjonijiet pubbliċi joffru s-servizzi tagħhom b'mod effettiv bl-użu ta' għodod diġitali moderni. L-eżerċizzju jevalwa t-twassil ta' servizzi ta' eGovernment f'35 pajjiż madwar l-Ewropa: is-27 stat membru tal-UE u l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Isvizzera, l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, is-Serbja u t-Turkija.
 

Ir-rapport 'eGovernment Benchmark 2021' hu disponibbli mis-sit  https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/egovernment-benchmark-2022​
02.08.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI