image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali pubblikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Public Servicemur lura

Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali

image 07.11.2024
image 5 minutes

Id-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ Trademarks, Marki ta’ Ċertifikazzjoni, Marki Kollettivi u Disinni; Privattivi ta' Invenzjonijiet; ħruġ ta’ Ċertifikati ta’ Protezzjoni Supplimentari fir-rigward ta’ prodotti farmaċewtiċi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll ir-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti, kanċellazzjonijiet, emendi u tiġdid relatati mad-drittijiet tal-Proprjetà Industrijali imsemmija hawn fuq.

 

Dan l-Uffiċċju jieħu ħsieb ukoll il-politika kollha dwar l-Proprjetà Intellettwali, inkluż dik fil-qasam tad-Drittijiet tal-Awtur, kemm fuq livell nazzjonali, reġjonali (UE) kif ukoll internazzjonali. Għal din ir-raġuni, dan l-Uffiċċju jwettaq ir-reviżjonijiet u l-analiżi tad-dokumentazzjoni kollha relatata mas-suġġetti tal-Proprjetà Intellettwali li jkunu qed jiġu diskussi f’diversi forum. Dan l-Uffiċċju jipprovdi direzzjoni teknika u l-pożizzjoni ta’ Malta (wara konsultazzjoni meħtieġa) dwar dawn il-materji. Barra minn hekk, dan l-Uffiċċju jipparteċipa wkoll f’Laqgħat tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-UE kif meħtieġ u f’laqgħat organizzati mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali.

 

Dan l-Uffiċċju jirrappreżenta lil Malta fil-Bord ta’ Tmexxija u l-Kumitat tal-Baġit tal-EUIPO u jipparteċipa wkoll f’Laqgħat ta’ Kollegament dwar Trademarks, Disinni u Kooperazzjoni Teknika. Barra minn hekk, dan l-Uffiċċju qed jipparteċipa u jimplimenta wkoll numru ta’ proġetti taħt il-Fond ta’ Kooperazzjoni amministrat mill-EUIPO. Dan għandu l-għan li joħloq u jipprovdi għodod u proġetti għall-benefiċċju tal-Uffiċċji tal-Proprjetà Intellettwali nazzjonali u għall-utenti tas-sistemi tat-Trademarks u tad-Disinn fl-UE.

 

Il-protezzjoni tat-Trademarks, il-Privattivi u d-Disinni tiegħek hija kruċjali għas-salvagwardja tal-Proprjetà Intellettwali tiegħek u biex tikseb vantaġġ kompetittiv fis-suq. Dawn il-protezzjonijiet mhux biss jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat minn oħrajn, li jistgħu jdgħajjef il-marka u l-innovazzjoni tiegħek, iżda wkoll itejbu l-valur u r-reputazzjoni tan-negozju tiegħek. Billi tipproteġi l-assi intellettwali tiegħek, tiżgura li x-xogħol u l-kreattività tiegħek jiġu rikonoxxuti u ppremjati, u trawwem sens ta’ innovazzjoni u fiduċja fil-prodotti u s-servizzi tiegħek.

07.11.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • Public Service
  • Public Service
  • Public Service

Artikli Oħra:

Image

Public Service Expo Village 25

image
Image

EcoGozo: Naħdmu lejn futur aktar ekoloġiku għal Għawdex

image
AKTAR AĦBARIJIET image
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • ikkuntatjana

Midja soċjali

  • image
  • image
  • image
  • image
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI