Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Is-Servizz Pubbliku investa f’sistema diġitali biex waqt emerġenza, l-informazzjoni relevanti tasal għand il-forzi tal-ordni fl-inqas ħin possibbli. It-teknoloġija bl-isem ‘eDisaster Management Solution (EDMS)’, tuża l-Intelliġenza Artifiċjali biex tiġġenera dettalji speċifiċi, fil-vetturi li jkunu diġa fi triqthom biex jagħtu l-għajnuna.
Grazzi għal din is-sistema, fi ftit sekondi minn x’ħin iċċempel 112, dipartimenti bħall-Protezzjoni Ċivili issa jistgħu jirrispondu għal emerġenzi bir-riżorsi li jeħtieġu, fil-post it-tajjeb, u saħansitra f’iqsar ħin minn qatt qabel.
Bl-analiżi tad-dejta u l-kapaċitajiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ‘real-time’ din is-soluzzjoni tipprovdi informazzjoni kritika lil dawk li jwieġbu f’emerġenza u lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, li tippermettilhom jirrispondu għal emerġenzi, b’kunfidenza u preċiżjoni f’ħin qasir.
Din il-pjattaforma tintegra mas-sistemi eżistenti u tipprovdi għodod faċli biex jintużaw bħala riżorsi.
F’kuntest ta’ emerġenza fejn kull sekonda hi essenzjali, din it-teknoloġija tilgħab rwol ċentrali biex issalva l-ħajjiet.
Soluzzjoni diġitali tas-Servizz Pubbliku, li qed tagħmel differenza.