Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Il-jiem tal-festi għaddew u ħafna minna erġajna lura għar-rutina tax-xogħol. Għaldaqstant din hija okkażjoni sabiex infakkru lill-uffiċjali kollha tas-Servizz Pubbliku li l-Malta Community Chest Fund (MCCF) kontinwament għandha bżonn l-appoġġ tagħna. Inħeġġukom tingħaqdu fl-iskema ta’ donazzjonijiet li permezz tagħha uffiċjali pubbliċi jagħtu kontribuzzjoni żgħira mill-paga tagħhom favur kawża nobbli. Din hija donazzjoni minima li tista’ tagħmel differenza kbira fil-ħajja ta’ persuni u familji li għaddejjin minn mumenti diffiċli, speċjalment dawk marbuta ma’ kundizzjonijiet mediċi.
Kull min jixtieq jipparteċipa f’din l-iskema għandu jżur l-eform minn hawn. Minn din il-ħolqa wieħed ikun jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu b’mod sigur. Il-proċess huwa sempliċi u ma jiħux ħafna ħin, iżda l-impatt tiegħu huwa fit-tul. Is-sena l-oħra, permezz ta’ din l-iskema, inġabret is-somma ta’ €44,733. L-għan tagħna hu li nkomplu nsaħħu u ntejbu din l-iskema għal kawża daqstant ġusta, billi nżidu l-parteċipazzjoni.
Min diġà applika għal din l-iskema m’għandux għalfejn jerġa’ japplika, peress li d-donazzjoni tkompli titnaqqas awtomatikament skont l-arranġament magħżul. Naturalment, kull parteċipant jibqa’ liberu li jbiddel jew iwaqqaf id-donazzjoni tiegħu f’kull ħin. Id-dati tal-pagi għal din is-sena huma dawn:
28 ta’ Jannar, 25 ta’ Frar, 25 ta’ Marzu, 22 ta’ April, 20 ta’ Mejju, 17 ta’ Ġunju, 15 ta’ Lulju, 12 ta’ Awwissu, 9 ta’ Settembru, 7 ta’ Ottubru, 4 ta’ Novembru, 2 ta’ Diċembru u 30 ta’ Diċembru.
Id-donazzjonijiet jiġu pproċessati flimkien mal-paga rispettiva. Fl-aħħar nett, inħeġġu lil kulħadd biex jikkunsidra bis-serjetà li jikkontribwixxi. Flimkien nistgħu nkomplu nagħtu tama lil min verament għandu bżonn. Grazzi!