image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

SERVIZZI GĦALL-ANZJANI TAL-AQWA LIVELL

Date 07.09.2022
Time 5 minutes

​​​​​​servizz.gov, flimkien mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, joffri numru kbir ta’ servizzi għall-aħjar benesseri u kwalità tal- ħajja għall-anzjani. Dawn is-servizzi jbiddlu s-soċjetà anzjana minn waħda ta’ dipendenza għal anzjanità attiva, sabiex jagħtu l-indipendenza u d-dinjità fl-anzjanità, kif ukoll jipprovdu kura fil-komunità sabiex jgħinu lill-anzjani jkomplu b’ħajjithom fl-ambjent li kibru fih.


Fost is-servizzi pprovduti hawn dawn:

​1. Active Ageing Centres

Dawn iċ-ċentri joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet, fosthom ħruġ, taħditiet edukattivi, logħob varju u programm ta’ tagħlim tul il-ħajja. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta’ siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbiltajiet tiegħu mal-oħrajn.


2. Home Help Service

Is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar joffri assistenza lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità sabiex jagħmlu x-xogħol domestiku u x-xiri ta’ kuljum. Ladarba l-applikazzjoni tiġi approvata, superviżur mill-Home Help jagħmel kuntatt mal-applikanti biex jirranġa żjara fid-dar. Matul din iż-żjara, is-superviżur jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dan is-servizz.


3. Respite at Home

L-għan tas-servizz Respite fid-Dar hu li jipprovdi ftit ġranet ta’ mistrieħ lill-persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom fid-dar (informal caregivers). Is-servizz Respite fid-Dar jipprovdi kumpanija, soċjalizzazzjoni u/jew kura personali fir-residenza tal-anzjan. Il-kura personali tinkludi fost l-oħrajn għajnuna biex l-anzjan jinħasel, jilbes, jiekol u bżonnijiet oħra personali.


4. Handyman Service

Il-Handyman Service hu mmirat sabiex jagħti assistenza lil anzjani u nies bi bżonnijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun indipendenti fl-istess residenza tagħhom. Dan is-servizz joffri diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fir-residenza tal-applikant. Dawn jinkludu s-servizz ta’ mastrudaxxa, bajjad, plumber, electrician, installazzjoni ta’ poġġamani u ġarr ta’ affarijiet minn kamra għal oħra.


5. Telecare+

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jagħti serħan il-moħħ lill-anzjani, lill-carers u lill-qraba tagħhom meta assistenza tkun meħtieġa fid-dar tal-anzjan. Għalhekk dan is-servizz jinkoraġġixxi lill-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità.


6. Telephone Rent Rebate

L-għan ta’ dan is-servizz hu li jingħata skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza tal-applikant, liema kont jiġi riċevut kull xahrejn. Dan is-servizz huwa mmirat biss għall-anzjani li għandhom is-servizz tat-telefonija mal-kumpanija GO plc. M’hemm l-ebda skont fuq telefonati magħmula mill-applikant.


7. Meals on Wheels

L-għan tas-servizz Meals on Wheels huwa li jagħti sapport lil anzjani u persuni oħra li qed jgħixu fid-dar tagħhom imma ma jistgħux jippreparaw ikla. Ikla waħda kuljum, li tkun imwassla kiesħa. Dan sabiex l-ikel ikun ikkunsmat fil-ħin li jixtieq il-klijent. Għandu jkun żgurat li l-ikel jiġi msaħħan qabel jittiekel. Il-menù joffri varjetà ta’ ikliet għal sebat ijiem konsekuttivi. Kull ikla tikkonsisti fi starter, il-kors ewlieni u deżerta.


8. Continence Service

Is-servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bażi parzjali jew sħiħa.


9. Domiciliary Nursing

Id-Domiciliary Nursing hu mmirat sabiex jagħti servizz ta’ infermiera jew assistenza medika fid-dar. Dan is-servizz, li hu bbażat fil-komunità, jaħseb għall-ħtiġijiet tal-klijent b’mod personali u ħolistiku, fejn jintuża metodu tal-immaniġġar tal-każ. Dan jintlaħaq billi l-membri kollha tat-tim jiġu involuti u, fejn ikun hemm bżonn, jiġu involuti wkoll professjonisti u entitajiet oħra. Dan is-servizz jista’ jintuża wkoll ma’ servizzi oħra tas-saħħa u oħrajn soċjali li huma meħtieġa f’kull komunità.


10. Domiciliary Caring

Id-Domiciliary Caring hu mmirat sabiex jagħti servizz ta’ assistenza medika fid-dar. Das-servizz, li hu bbażat fil-komunità, huwa kkordinat mit-tim tal-CommCare u jaħseb għall-ħtiġijiet tal-klijent b’mod personali u ħolistiku, fejn jintuża metodu ta’ mmaniġġar tal-każ. Dan jintlaħaq billi l-membri kollha tat-tim jiġu involuti u, fejn ikun hemm bżonn, jiġu involuti wkoll professjonisti u entitajiet oħra. Dan is-servizz jista’ jintuża wkoll ma’ servizzi oħra tas-saħħa u oħrajn soċjali li huma meħtieġa f’kull komunità. Importanti li kull klijent jiġi assessjat minn professjonista minn CommCare sabiex ikun żgurat li s-servizz jingħata lil min verament għandu bżonnu.


11. Carer at Home Scheme

L-għan tal-iskema Carer at Home hu li tipprovdi servizz ieħor fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern jagħti appoġġ finanzjarju lil dawk l-anzjani li jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex taqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum. L-iskema ta’ Carer at Home qed tkun offruta kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.


12. Dementia Activity Centre

Iċ-ċentri għal persuni bid-dimenzja (ĊPD) jipprovdu kura matul il-ġurnata u anke matul il-lejl, f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dawn iċ-ċentri huma ddisinjati speċifikament biex jaqdu l-bżonnijiet ta' persuni li jgħixu bid-dimenzja. Iċ-ċentri għal persuni bid-dimenzja jipprovdu serħan, appoġġ u jtaffu l-piż tal-familjari, filwaqt li anke jipprovdu attivitajiet terapewtiċi lill-persuni bid-dimenzja.


13. Social Work

L-għan tas-servizz Social Work hu li jipprovdi sapport emozzjonali, gwida u assistenza lill-anzjani sabiex jibqgħu jgħixu ħajja attiva fil-komunità. Dan is-servizz jittratta każijiet ta’ xogħol soċjali, jipprovdi sapport lill-klijenti, jiffaċilita l-immaniġġar ta’ għajnuna personali, pjanijiet ta’ azzjoni, intervent fejn ikun hemm każ ta’ kriżi, assessjar fuq Home Help Service, u ssir kordinazzjoni ma’ sptarijiet ġerjatriċi u sptarijiet ta’ riabilitazzjoni.


14. Night Shelter

L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi jħossuhom insiguri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex. Dan is-servizz hu offrut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità flimkien ma’ entitajiet oħra.


15. Home Admission

Dħul f’Dar tal-Anzjani jipprovdi servizz ta’ kura residenzjali f’ambjent protett u sigur lill-anzjani u persuni b’diżabilità li ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fid-dar tagħhom.


16. Community Geriatrician

Is-Servizz ta’ Ġerjatrija fil-Komunità jipprovdi aċċess lil anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba xi problema ta’ saħħa fiżika, sabiex jiksbu assessjar ġerjatriku komprensiv. Dan isir billi l-Ġerjatriku fil-Komunità jagħmel żjara medika d-dar flimkien ma’ professjonisti mit-Taqsima tal-Assessjar tal-CommCare.


17. Podiatry Service

Is-Servizz ta’ Podjatrija huwa intiż biex jevalwa, jagħmel dijanjosi u jittratta kundizzjonijiet ta’ anzjani relatati mas-sieq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem. Il-podjatra, li jifforma parti mit-tim tal-Allied Health Professionals, joffri servizz ta’ diversi trattamenti għall-kura tas-saqajn, bħalma hija l-ġilda (eż. felul, kallijiet u nfafet); id-dwiefer (eż. difer li ħxien, bla kulur jew li kiber ġol-laħam); ħsara fis-sieq u l-għaksa; u kumplikazzjonijiet oħra relatati mad-dijabete fis-sieq jew meta jkun hemm diffikultà fil-mixi.


18. Physiotherapy Service

Is-Servizz ta’ Fiżjoterapista huwa mmirat li jgħin lill-anzjan jilħaq il-potenzjal massimu tiegħu sabiex ikun jista’ jgawdi ħajja aktar indipendenti mill-aħjar li jista’. Il-fiżjoterapista, li jifforma parti mit-tim tal-Allied Health Professionals, jipprovdi pariri/taħriġ dwar terapija u riabilitazzjoni biex jittratta problemi dwar il-mobilità.


19. Occupational Therapy Service

Is-servizz ta’ Occupational Therapy jippromovi s-saħħa u l-benesseri tal-anzjan permezz ta’ okkupazzjoni. L-għan prinċipali ta’ dan is-servizz huwa li jippermetti lill-anzjan jipparteċipa f’attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Dan ir-riżultat jinkiseb billi wieħed jaħdem mal-anzjan u komunitajiet biex itejbu l-abbiltà tagħhom biex jidħlu f’okkupazzjonijiet li jridu jew li jeħtieġu, inkella billi jimmodifikaw l-ambjent ħalli jagħtu appoġġ aħjar fl-okkupazzjoni tagħhom.


Informazzjoni dettaljata dwar kull servizz tinkiseb minn Freephone 153.

​

Videos:

1. Medical Services at Home​​​​​
2. Wens​​​​
3. Work at Home​​​​
4. Respite​​​​
5. Care at home telecare​​​​
6. Care at home​​​​
7. Pensions​​​​

07.09.2022
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI