image
  • illoggja
Logo
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • image
    Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
    Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Tmexxija
    L-Istruttura ta’ tmexxija Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Is-Segretarji permanenti Is-Segretarju tal-kabinett
  • amministrazzjoni pubblika
    L-amministrazzjoni pubblika il-Qafas regolatorju tas-Servizz IL-PUBLIC SERVICE MANAGEMENT CODE
  • MEDIA
    Aħbarijiet Stqarrijiet Uffiċċjali Publikazzjonijiet Sagħtar MEDIA KIT Hu Ħsieb
  • ikkuntatjana
  • Inizjattivi
    Quality Label iċ-ċertifikat “high standard of compliance” agħti marka lis-servizz pubbliku
  • Uffiċċji involuti fit-tmexxija
    KUMMISSJONI DWAR IS-SERVIZZ PUBBLIKU Koordinazzjoni u implimentazzjoni Diviżjoni tan-nies u l-istandards ISTITUT GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI Dipartiment tal-Informazzjoni
Back mur lura

Rinnovazzjoni għal dar li tilqgħek! – Dar il-Mistrieħ

Date 06.09.2024
Time 5 minuti

Dar il-Mistrieħ, jew kif inhi magħrufa aħjar, id-Dar tal-Furjana, ilha tipprovdi kura lill-anzjani għal aktar minn 35 sena. Billi nħasset il-ħtieġa urġenti għall-modernizzazzjoni, matul l-aħħar xhur din id-dar għaddiet minn rinnovazzjoni sinifikanti biex tilħaq l-istandards kontemporanji meħtieġa għall-kura residenzjali.


Ir-rinnovazzjoni kienet tinkludi tisħiħ sħiħ, mill-infrastruttura sal-amenitajiet, sabiex jiġi żgurat li kull aspett tad-dar jilħaq l-ogħla standards. Fost ix-xogħlijiet li saru kien hemm:


  • Introduzzjoni ta' sistema moderna ta' arja kkundizzjonata; 
  • Waterproofing; 
  • Rinnovazzjoni sħiħa tal-kmamar tal-banju komuni u l-en-suites fil-kmamar tar-residenti;
  • Tikħil u żebgħa; 
  • Għamara tal-kmamar;
  • Siġġijiet u mwejjed ġodda; 
  • Reception u nursing stations b’għamara ġdida;
  • Bibien u aperturi ġodda; 
  • Kċina b’għamara ġdida; 
  • Purtieri, dividers, u covers tas-sodda;
  • Suffetti u dawl modern; 
  • Art tal-vinyl mad-dar kollha; 
  • Salon tax-xagħar; 
  • Titjib fl-aċċessibbiltà, bħal poġġamani f'żoni komuni;
  • Klinika multidixxiplinarja, mgħammra b'tagħmir mediku speċjalizzat. Din il-klinika se tiżgura li r-residenti kollha jirċievu kura ħolistika u personalizzata f’ambjent privat u dinjituż
Dan il-proġett kien possibbli bir-riżorsi umani tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u bl-għajnuna ta’ fondi pprovduti mill-Kumitat tal-Welfare. B’baġit ta’ €828,000, dan l-investiment jenfasizza impenn kbir għall-ogħla standards ta' kura, kumdità, u dinjità għar-residenti. It-tlestija ta' din ir-rinnovazzjoni timmarka tragward sinifikanti għad-Dar tal-Furjana, ir-residenti, u għal min jaħdem fiha.

image
06.09.2024
Ixxerja dan l-artiklu:
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Artikli Oħra:

Image

Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali

Arrow
Image

Segretarji Permanenti: Tisħiħ fit-Tmexxija tas-Servizz Pubbliku

Arrow
AKTAR AĦBARIJIET More
Logo
  • it-tmexxija
  • is-servizz pubbliku
  • Inizjattivi
  • uffiċċji involuti fit-tmexxija
  • MEDIA
  • Recruitment
  • IKKUNTATTJANA

Media soċjali

  • Facebook
  • Instagram
  • X
  • LinkedIn
  • TikTok icon
  • Termini ta’ użu
  • Politika tal-Privatezza
  • COOKIE POLICY
  • DIKJARAZZJONI TA' AĊĊESSIBILITÁ
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. IKTAR INFORMAZZJONI