Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
Bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju 2025, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industijali u tal-Impjieg irreġistra total ta’ 724 każ ta’ investigazzjoni. Dawn kienu jinkludu 376 każ ta’ persuni li temmew l-impjieg, 60 każ li jikkonċernaw individwi li għadhom fl-impjieg, u 288 investigazzjoni ġenerika. Dawn tal-aħħar kienu jinkludu wkoll 78 spezzjoni fuq il-post tax-xogħol, li matulhom ġew intervistati madwar 200 impjegat. Saru 60 spezzjoni addizzjonali speċifikament fir-rigward tal-Aġenziji tal-Impjiegi.
Mill-investigazzjonijiet totali, 250 każ irriżultaw f’talbiet finanzjarji, u permezz tal-isforzi diretti tal-uffiċjali tad-Dipartiment, ġie rkuprat b’suċċess total ta’ EUR 748,697.78.
Matul l-istess perjodu, id-Dipartiment irrefera 143 każ lill-Pulizija biex jibdew proċedimenti legali fil-Qorti Kriminali kontra impjegaturi li jew naqsu milli jħallsu l-pagi dovuti lill-impjegati tagħhom jew ma kkooperawx mal-investigazzjonijiet tad-Dipartiment. B’mod partikolari, 39 minn dawn il-każijiet kienu l-eżitu ta’ investigazzjoni komprensiva fis-settur tal-Pjattaforma Diġitali għall-Konsenja mibdija fl-2024.
Meta nħarsu lejn is-sezzjoni tal-Customer Care, din it-taqsima mmaniġġjat total ta’ 14,842 telefonata permezz tal-helplines iddedikati tagħha - 9,838 telefonata fuq 1575 (il-helpline għall-impjegati) u 5,004 telefonati fuq 1576 (il-helpline għall-impjegaturi).
Barra minn hekk, id-Dipartiment wieġeb 8,287 email, li kienu jinkludu mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg f’diversi xenarji u talbiet għall-intervent tad-Dipartiment biex jinvestiga każijiet partikolari.
Id-Dipartiment irreġistra wkoll 1,906 żjariet ta’ walk-in, b’individwi li qed ifittxu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jew li jixtiequ jressqu lmenti jew jibdew każijiet ta’ investigazzjoni.