Is-Servizz Pubbliku lest imexxi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali
It-trasport pubbliku f’Malta se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ investiment ta’ €14-il miljun f’40 vettura elettrika ġdida għal Tallinja. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-pjan Malta in Motion, li qed imexxi bidla lejn sistema ta’ mobilità aktar moderna, sostenibbli u effiċjenti.
Il-vetturi l-ġodda se jkomplu jkabbru l-flotta elettrika ta’ Tallinja u jsaħħu l-mira li Għawdex ikollu flotta tat-trasport pubbliku kompletament elettrika.
Fl-istess waqt, tħabbar ukoll proġett pilota għal autonomous electric shuttle. Dan qed jitwettaq b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għat-Trasport, il-Malta Public Transport u l-Università ta’ Malta, b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm Horizon Europe.
Il-vettura awtonoma, li tista’ ġġorr sa 15-il passiġġier, se tiġi ttestjata għal mill-inqas sitt xhur fuq rotot magħżula f’Malta u Għawdex. Għas-sigurtà, operatur imħarreġ se jkun abbord il-ħin kollu u jkun jista’ jieħu kontroll kull meta jkun meħtieġ.
Minn nhar il-Ħadd li ġej, se jidħlu fis-seħħ ukoll rotot ġodda, estensjonijiet ta’ rotot eżistenti u żieda fil-frekwenza ta’ servizzi popolari, biex it-trasport pubbliku jkun aktar aċċessibbli, effiċjenti u konvenjenti.
Dan l-investiment ikompli jsaħħaħ id-direzzjoni lejn trasport pubbliku aktar nadif, modern u konvenjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.