Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. Id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz għandu l-għan li jkun konformi mal-prinċipji kif definiti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.


L-Għanijiet għall-ġbir tad-data

Id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha hija miġbura u pproċessata skont kif stabbilit fil-liġijiet dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data. Data personali b’rabta mal-app ta’ Rate the Public Service tinġabar u tiġi pproċessata permezz tal-kunsens tas-suġġett tad-data. Dan il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin


Riċevituri tad-data

L-informazzjoni personali hija aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tad-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz. Id-data personali MHUX se tingħata lill-partijiet terzi ħlief meta awtorizzat bil-liġi jew bil-kunsens tiegħek.


Id-Drittijiet Tiegħek

Int għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz qed iżomm u jipproċessa dwarek, ir-raġuni għala qed iżomm l-informazzjoni, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tinżamm aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm u x’qed jagħmel id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz biex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali li dan id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz iżomm dwaru, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. It-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoi għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lid-Direttur (Kwalità tas-Servizz) fi ħdan id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, bħan-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tal-persuna, wieħed jista’ jintalab jippreżenta d-dokument ta’ identifikazzjoni.

Id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz għandu l-għan li jipproċessa t-talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u li jiżgura li l-informazzjoni tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ jara li dan isir sa mhux aktar tard minn xahar minn meta tasal it-talba għand id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz; sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, ir-raġuni l-għala, għandha tintbagħat bil-miktub lis-suġġett tad-data. Is-suġġett tad-data se jiġi infurmat f’każ ta’ ksur tad-data personali tiegħu.

Is-suġġett tad-data għandu dritt jitlob li l-informazzjoni tiegħu tiġi emendata jew li ma tintużax f’każ li mhijiex korretta. Is-suġġett tad-data jista’ jitlob ukoll li d-data tiegħu tiġi mħassra.

Jekk applikabbli, dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.


F’każ li m’intix sodisfatt bit-tweġiba li ngħatajt għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu jidhru hawn taħt.


Politika dwar iż-Żamma tad-Data

Id-data personali tiegħek qed tinġabar permezz ta’:

a) App tal-mowbajl Rate the Public Service

u/jew

b) Sit elettroniku ta’ Rate the Public Service


It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-għanijiet ta’ żamma tal-kategoriji ta’ dokumentazzjoni varji li għandu fi ħdanu d-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz.


Kategorija ta’ Dokument​​Perjodu ta’ Żamma
Ġustifikazzjoni
Isem, Kunjom, indirizz elettroniku u/jew numru tal-mowbajl tar-rispondent għal raġunijiet ta’ Quality Assurance​6 xhur ​​Il-perjodu ta’ 6 xhur jippermetti s-segwitu meħtieġ in konnessjoni mar-reviżjoni tas-servizzi pprovduti lill-pubbliku

​Data li teħtieġ li tinqered wara l-perjodi ta’ żmien stipulati hawn fuq, se tiġi distrutta b’mod effiċjenti biex ikun assigurat li l-informazzjoni ma tibqax disponibbli fi ħdan id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz.


L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista jiġi kkuntattjat permezz tal-imejl dataprotection-psd.opm@gov.mt​ jew permezz tan-numru tat-telefown 2200 1344.


Kontrollur tad-Data

Id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

Id-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz
Diviżjoni dwar Nies & Standards
3, Pjazza Kastilja,
Il-Belt Valletta
Telephone: 2200 1833
Imejl: ratethepublicservice.opm@gov.mt


Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data jista’ jiġi kkuntattjat hawnhekk:

2 Livell, Airways House,
Triq il-Kbira,
Sliema SLM 1549
Telephone: 2328 7100
Imejl: idpc.info@idpc.org.​m​​t

Verzjoni PDF ta' dan i-document tista titnizzel minn hawn.​

​​