Sabiex jidentifika l-prijoritajiet u jikkordina u jimplimenta dik il-politika u dawk il-proġetti u programmi li jiġu identifikati bħala ta’ prijorita’ nazzjonali permezz ta’ kordinament kontinwu ma’ Ministeri oħra.

L-objettivi tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti huma:

  • Jikkonsolida l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti;
  • Jassigura l-kordinazzjoni bejn id-diversi Ministeri, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fl-implimentazzjoni u t-twettieq tal-mizuri tal-baġit;
  • Issir evalwazzjoni tal-kontenut u assessjar ta’ proċessi li huma neċessarji għas-Segretarji Permanenti u d-delegati taghħom biex jiġu esegwiti u mplimentati b’mod effettiv il-mizuri ta’ simplifikazzjoni tal-burokrazija assenjati lill-Ministeri rispettivi skont il-miri stabbiliti;
  • Jassigura l-kordinazzjoni bejn id-diversi Ministeri, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali u ta’ inizjattivi oħra ta’ governanza;
  • Jassigura l-kordinazzjoni bejn id-diversi Ministeri, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, tal-implimentazzjoni, fejn possibbli, tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman;
  • assigura l-kordinazzjoni bejn id-diversi Ministeri, permezz tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, tal-implimentazjoni tal-mizuri u inizjattivi marbuta ma’ KPIs fuq l-aġenda nazzjonali;
  • Jissorvelja l-operat tal-Uffiċċju li Jikkordina l-iSpezzjonijiet bl-iskop li jiġi assigurat li l-ispezzjonijiet li jsiru lill-intraprizi jsiru b’mod kordinat u b’mod effettiv u trasparenti;
  • Jassigura li r-rapporti u aġġornamenti mitluba mis-Segretartju Permanenti Ewlieni, Ministri jew il-Prim Ministru mingħand is-Segretarji Permanenti jiġu pprezentati f’waqthom;
  • Supervizjoni ġenerali tad-Direttorat tal-Management Support;
  • Jikkordina l-kompilar tal-pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni;
  • Jirristruttura d-Direttorat tal-Management Support mill-aspett operattiv billi jistabbilixxi gwidi ċari permezz tal-ħolqien ta’ Standard Operating Procedures;
  • Jassigura amministrazzjoni korretta fil-proċess tal-għazla ta’ Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi;
  • Isegwi l-approvazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u tal-Prim Ministru dwar ħatriet fil-pozizzjonijiet ta’ Kapijiet, persons/positions of trust, trasferimenti laterali ta’ pozizzjonijiet ta’ Kapijiet u tibdil fin-nomenklatura ta’ pozizzjonijiet ta’ Kapijiet.



​​