L-amministrazzjoni pubblika kontinwament taħdem sabiex issaħħaħ l-istrutturi tal-governanza u l-kontabbiltà b’mezzi teknoloġiċi kif ukoll b’direttivi u linji politiċi li jiġu implimentati bil-kompetenza u l-abbiltà tal-uffiċjali pubbliċi. Il-Code of Ethics for Public Employees and Board Members, li hija l-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, tiġbor fiha l-prinċipji u l-obbligi li jirregolaw l-imġieba tal-ħaddiema tas-servizz pubbliku. Inizjattiva oħra mportanti f’din id-direzzjoni kienet it-tnedija tal-Integrity and Ethics Awareness and Learning (IEAL) Programme.
Il-Programm IEAL huwa mmirat sabiex itejjeb l-istandard tal-integrità fix-xogħol ta’ kuljum tal-ħaddiema tal-gvern. Il-ħaddiema qed jiġu offruti programm ta’ żvilupp sabiex ikabbru l-għarfien tagħhom dwar ir-responsabbiltà meħtieġa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u fl-azzjonijiet tagħhom. Il-programm iservi wkoll ta’ gwida u jippreżenta riflessjonijiet fuq kif wieħed għandu jieħu deċiżjonijiet etikament korretti meta jiġi affaċċjat b’sitwazzjonijiet skomdi u dubjużi.
Permezz ta’ Direttiva 15, li daħlet fis-seħħ fl-20 t’April 2021, il-programm IEAL sar mandatorju għall-kategoriji ta’ impjegati li r-rwol u r-responsabbiltajiet tagħhom huma suxxettibbli għal riskju għoli, li jinkludu:
L-impjegati fis-Sitt Skeda tal- Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika huma obbligati li jirrepetu l-eżami kull sentejn.
Id-Direttorat għal Azzjoni ta’ Governanza jimmaniġġja l-programm tal-IEAL id f’id mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) u l-People Support & Wellbeing Directorate, fi ħdan il-People & Standards Division (P&SD). Kull tant żmien id-Direttorat għal Azzjoni ta’ Governanza jidentifika kandidati potenzjali li jikkwalifikaw għall-programm u jgħaddi l-lista lill-IPS. Bħala amministraturi tas-sistema l-IPS jibgħatu imejl lill-parteċipanti identifikati fejn jgħarrfuhom kif u meta jridu jagħmlu l-programm. Il-parteċipanti jingħataw ħolqa (link) għas-sistema u tagħrif ieħor fuq kif għandhom jagħmlu ż-żewġ partijiet tal-programm; l-ewwel it-taħriġ u wara l-eżami.
Id-direttorat iwieġeb għal mistoqsijiet u diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-parteċipanti, isegwi l-attendenza tal-parteċipanti u r-riżultati tal-eżamijiet. Wara jinħarġu statistiċi u rapporti li jiġu mgħoddija lis-Segretarji Permanenti rispettivi, flimkien mal-lista ta’ parteċipanti li tidentifika lil min għadda, min weħel u min ma għamilx il-programm mingħajr ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni. Permezz ta’ Direttiva 15, is-Segretarji Permanenti għandhom is-setgħa li jieħdu passi dixxiplinarji kontra min ma jobdix id-direttiva.
Uffiċjali li ma jgħaddux mill-eżami jerġgħu jiġu mgħajta għat-tieni darba fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel eżami.
Id-Direttorat għal Azzjoni ta’ Governanza jikkonsidra talbiet minn ministeri li juru x-xewqa li jaddottaw il-programm bħala mezz ta’ kontroll qabel ma jinbeda proċess ta’ reklutaġġ li jinvolvi mpjegati li m’humiex inklużi fis-Sitt Skeda.
Mistoqsijiet Komuni