
Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
Is-Sur John Borg
Is-Sur John Borg studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u ’l quddiem gradwa fl-Università ta’ Malta b’Baċellerat bl-Unuri fl-Amministrazzjoni Pubblika. Hu ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1986 bħala Uffiċjal Prinċipali fid-Dipartiment tal-Kummerċ.
Fis-sena 1996 serva fit-Taqsima tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, u fl-2000 ingħata l-kariga ta’ Assistent Direttur (Amministrazzjoni) fl-istess Taqsima. Fl-2006 inħatar Direttur (People Management and Support Services) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Is-Sur Borg inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu, Kultura u Gvern Lokali f’Marzu 2013 u aktar tard fil-Ministeru għal Għawdex, f’April 2014. Hu pparteċipa f’laqgħat tal-Konferenza ta’ Reġjuni Periferali Marittimi tal-Unjoni Ewropea, bil-parteċipazzjoni attiva fil-Kummissjonijiet tal-Gżejjer u Intermediterranji, b’enfasi partikolari fuq sfidi li gżejjer jiffaċċjaw minħabba insularità doppja u kwistjonijiet ta’ aċċesibbiltà.
F’Jannar 2024 kien ikkonfermat bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.