
Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Inkużjoni u l-Volontarjat
Is-Sur Anthony Gatt
Is-Sur Anthony Gatt inħatar Segretarju Permanenti f’Mejju 2016 u ġie assenjat fil-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi. F’Ġunju 2017 inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma. F’Novembru 2020 dan sar il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2022 is-Sur Gatt inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu fejn f’Jannar 2024 dan sar il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. F’Jannar 2025, is-Sur Gatt inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Inkużjoni u l-Volontarjat.
Huwa gradwa b’BSc Human Resources Management mill-University of Leicester u Masters fil-Business Administration mill-Università ta’ Malta. Is-Sur Gatt bħalissa qed isegwi kors fil-livell ta’ Dottorat fil-Business Administration.
Tul il-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku, is-Sur Gatt tela’ l-iskali kollha tas-Servizz Pubbliku sa mill-gradi klerikali, fejn ħadem f’diversi Ministeri u Dipartimenti, fosthom il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u fid-Dipartiment tal-Kuntratti. Fl-2015 huwa nħatar Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej immexxi mid-Deputat Prim Ministru.