Merħba għall-Public Service Expo 2023 fejn qed nilqgħu l-Amministrazzjoni Pubblika kollha taħt saqaf wieħed għas-servizz tiegħek!

Il-konferenza u l-expo ta’ din is-sena huma opportunità li m’għandekx titlef. Ingħaqad magħna għal esperjenza immersiva li se ssarraf f'ideat u strateġiji ġodda li jistgħu jgħinuk tgħolli l-livell tal-operat tiegħek.

Se jkollna diskorsi u diskussjonijiet interessanti li jinkludu soluzzjonijiet prattiċi għall-isfidi li tista’ tkun qed tiffaċċja kuljum. Fiż-żona tal-expo se jkollok ukoll iċ-ċans li tiltaqa’, tisma, tiddiskuti u tikseb għarfien siewi li jgħinek tilħaq il-miri tiegħek.

Stands u demos, workshops spontanji, u attivitajiet interattivi se jżommuk motivat matul tlett ijiem ippakkjati. Opportunità biex tesplora teknoloġiji u metodoloġiji ġodda li qed jintużaw fl-Amministrazzjoni Pubblika, u anki tinforma ruħek dwar kif tista’ timplimentahom fl-operat tiegħek għal aktar effiċjenza.

Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa. Irreġistra llum għall-Public Service Expo 2023.

Ħinijiet tal-Expo:

  • 10 ta' Mejju: 12.30pm sa 7.00pm
  • 11 ta' Mejju: 12.30pm sa 7.00pm
  • 12 ta' Mejju: 12.30pm sa 5.00pm​