Segretarju Permanenti, Uffiċċju tal-Prim Ministru (Servizzi Finanzjarji u Identità)

Is-Sur Vincent Muscat

Is-Sur Vincent Muscat beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-1992 fid-Dipartiment għas-Sigurtà Soċjali fejn okkupa diversi karigi u pprogressa f’diversi gradi tal-General Service. Huwa serva wkoll f'diversi kumitati u fora dipartimentali u ministerjali f'Malta kif ukoll fil-Governmental Committee of the European Social Charter fi Strażburgu. Dejjem żamm ruħu aġġornat u wessa’ l-ħiliet u l-għarfien tiegħu permezz ta’ korsijiet offruti fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Huwa ggradwa mill-Università ta’ Malta fir-Relazzjonijiet Industrijali u wkoll mill-Università Anglia Ruskin (UK) fejn kiseb Masters fil-Business Administration b’Distinction.

B’effett minn Settembru 2014 okkupa l-kariga ta’ Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

F’Diċembru 2016 is-Sur Muscat inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu filwaqt li f’Ġunju 2017 kompla jokkupa din il-kariga fis-Servizzi Finanzjarji u Identità fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.