​Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali

Is-Sur Kevin Mahoney

Is-Sur Kevin Mahoney inħatar Segretarju Permanenti f’Marzu 2013 u ġie assenjat doveri fil-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali.

Huwa daħal fis-Servizz Pubbliku bħala Uffiċjal Amministrattiv fl-1986 u kien impjegat fl-Uffiċċju Elettorali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala uffiċjal inkarigat mid-Dipartiment. Fl-1987 huwa nħatar Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali.

Fl-1989 ġie trasferit għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni u aktar tard dik is-sena ġie assenjat doveri fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħala Kap tal-Amministrazzjoni, Finanzi u Riżorsi Umani. Huwa nħatar Assistent Reġistratur tal-Qrati f’Diċembru tal-1994. F’Lulju tal-2001 ġie appuntat Direttur u Reġistratur tal-Qrati u Tribunali Ċivili u ġie kkonfermat fil-kariga fl-2004. F’Awwissu tal-2007 nħatar bħala Direttur Ġenerali tal-Qrati, liema pożizzjoni reġa’ ġie kkonfermat fiha fl-2011.

Huwa attenda l-Iskola Sekondarja ta’ San Ġużepp f’Raħal Ġdid u ggradwa bl-unuri fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Università ta’ Malta fl-1985.