Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Is-Sinjura Joyce Dimech

Is-Sa Joyce Dimech ingħaqdet mas-Servizz Pubbliku fl-1986 u serviet f’diversi karigi għolja fil-Ministeru għal Għawdex u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Kellha bosta rwoli fi ħdan taqsimiet differenti tal-Ministeru għal Għawdex, inklużi l-Edukazzjoni, il-Kura għall-Anzjani u Affarijiet tal-Unjoni Ewropea.

Fl-2004 nħatret bħala Direttur tal-Customer Services, fejn mexxiet b’suċċess dan id-Direttorat maġġuri tas-Servizz Pubbliku f'Għawdex. F’Marzu 2013 inħatret Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex filwaqt li f’April tal-2014 inħatret Segretarju Permanenti (Strateġija u Implimentazzjoni) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. F’Lulju 2020, is-Sa Dimech inħatret Sergretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali waqt li f’Novembru 2020 nħatret ukoll Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara Covid-19. F’April 2022 is-Sa Dimech nħatret Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Is-Sa Dimech kisbet Baċellerat tal-Arti u Diploma fil-Management mill-Università ta’ Malta.