Segretarju Permanenti, Ministeru għas-Saħħa

Is-Sur Joseph Rapa

Is-Sur Joseph Rapa nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa f’Marzu 2013 u ġie kkonfermat fl-istess pożizzjoni f’Ġunju 2017.

Fis-snin preċedenti huwa serva bħala Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi mill-2002 u aktar qabel bħala Assistent Direttur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex. Il-karriera tiegħu fi ħdan is-Servizz Ċivili bdiet fl-1990.

Is-Sur Joseph Rapa ggradwa fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Università ta’ Malta fl-1990 u fil-Business Administration fl-1993 mill-Università Erasmus fl-Olanda. Huwa kien ukoll lettur fuq bażi partajm fir-risk management fl-Università ta’ Malta.