Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza (Amministrazzjoni)

Is-Sur Joseph Camilleri

Is-Sur Camilleri ingħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1 ta’ Lulju 1977. Mill-1977 sal-1996 ħadem f’diversi pożizzjonijiet fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, prinċipalment fid-diviżjoni tal-benefiċċji kontributorji. Mill-1996 sal-2003, is-Sur Camilleri kellu l-kariga ta' Assistent Direttur (Benefiċċji Kontributorji). Matul l-istess perjodu huwa kien iwettaq ukoll id-dmirijiet ta’ Aġent Direttur (Sigurtà Soċjali) fin-nuqqas tad-Direttur ta’ dak iż-żmien.

F'Jannar 2004 ġie maħtur Direttur Designate (Servizzi Korporattivi) fi ħdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u Direttur (Servizzi Korporattivi) fid-29 ta' April 2004. Seba' xhur wara, għamel pass laterali fil-kariga ta' Direttur (Sigurtà Soċjali) filwaqt li kompla wkoll jaqdi d-dmirijiet ta’ Direttur (Servizzi Korporattivi) sal-ħatra ta' Direttur ġdid (Servizzi Korporattivi). F'Marzu 2007 nħatar Direttur Ġenerali (Sigurtà Soċjali).

F’Marzu tal-2013 is-Sur Camilleri ġie maħtur Segretarju Permanenti tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.

F’Ġunju 2017, is-Sur Camilleri nħatar Segretarju Permanenti (Amministrazzjoni) fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza.