Is-Sur Jonathan Vassallo ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-2006 bħala Programme Manager fi ħdan il- Planning and Priorities Coordination Division (PPCD). Inizjalment kien responsabbli għall-Kontroll Finanzjarju fuq is-Single Programming Document 2004-2006 kif ukoll il-proġetti tal-Cohesion Fund 2004-2006. Wara huwa nħatar Senior Manager fi ħdan l-istess Diviżjoni u mbagħad Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Ippjanar u l-Kordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fl-2011.
Ir-rwol tiegħu bħala Direttur ta’ din id-Diviżjoni kien li jiżgura l-użu tajjeb u l-immaniġġar effiċjenti tal-fondi tal-assistenza Ewropea, kemm tal-UE kif ukoll il-programm bilaterali, permezz ta’ kordinazzjoni effettiva bejn id-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, l-aġenziji u partijiet interessati oħra.
Matul il-kariga tiegħu bħala Direttur Ġenerali, is-Sur Vassallo ħa ħsieb b’suċċess l-għeluq tal-SPD 2004-2007, il-Programm Operattiv 2007-2013 u t-tnedija tal-Programm Operattiv 2014-2020.
Huwa jieħu sehem f’numru ta' seduti superviżorji marbuta mal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji appoġġati minn fondi Ewropej.
Is-Sur Vassallo studja l-Public and Private Sector Management li jispeċjalizza fil-Public Policy fl-Università ta’ Malta.