Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex

Is-Sur John Borg

Is-Sur John Borg studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u ggradwa B.A.(Hons) fl-Amministrazzjoni Pubblika mill-Università ta’ Malta. Hu ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1986 bħala Uffiċjal Prinċipali fid-Dipartiment tal-Kummerċ.

Fis-sena 2000 ngħata l-kariga ta’ Assistent Direttur (Amministrazzjoni) fit-Taqsima tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni u fl-2006 nħatar Direttur (People Management & Support Services) fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Is-Sur Borg inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu f’Marzu 2013 u aktar tard fil-Ministeru għal Għawdex, f’April 2014.

Is-Sur Borg hu miżżewweġ lil Marisa nee Cassar u għandu tlett itfal - Josef, Stefan u Kristina.