Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja

Is-Sur Johan Galea

​Is-Sur Galea beda jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta bħala għalliem fl-1991. Huwa għallem kemm fil-livell sekondarju kif ukoll f’dak primarju. Bejn l-2004 u l-2007 kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Kap ta’ skola. Serva f’din il-pożizzjoni fl-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq u fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn. Fl-2007 inħatar bħala Aġent Kap tal-iskola primarja taż-Żejtun (B) u sussegwentament sar Kap tal-istess skola.

Fl-2009 is-Sur Galea ġie appuntat bħala Assistent Direttur (Support Services) fi ħdan id-Diviżjoni għall-Koordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prijoritajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fl-2012 huwa beda jokkupa l-kariga ta’ Direttur tas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u fl-2013 kompla jokkupa l-istess kariga fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali. Fl-2015 is-Sur Galea ġie appuntat bħala Direttur tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Huwa nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali f’Diċembru tal-2016. F'Jannar 2020 dan il-Ministeru sar il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza. F'April 2022 il-Ministeru sar il-Ministeru għall-Ġustizzja. Fi Frar 2022 inħatar ukoll Segretarju Permanenti għall-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastuttura u l-Proġetti Kapitali.

Is-Sur Galea hu gradwat mill-Università ta’ Malta b’B.A. (Gen) fil-Psikoloġija u s-Soċjoloġija kif ukoll PGCE u Diploma in Educational Administration and Management.