Segretarju Permanenti, Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar

Is-Sur Carlos Tabone

​Is-Sur Carlos Tabone twieled fl-1986 u beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-2009. Huwa ggradwa mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fl-Arti bl-unuri fil-Politika Soċjali fl-2008 u aktar tard kiseb Masters fil-Business Administration (Executive) fl-2012.

Is-Sur Tabone beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku bħala EU Fund Officer fl-Aġenzija għall-Pagamenti, responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ fondi Ewropej taħt il-programm ta’ politika agrikola komuni. Aktar tard, fl-2012, is-Sur Tabone kien appuntat Senior Manager fl-istess aġenzija u ngħata r-responsabbiltà li jmexxi t-Taqsima tal-Accounts.

Fl-2015, is-Sur Tabone kien appuntat Senior Manager fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni u eventwalment, fl-2018, ġie appuntat Head (Implementation) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru filwaqt li żamm il-kordinament tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. F’Ottubru 2020, is-Sur Tabone nħatar Direttur (Management Support) fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Is-Sur Tabone ġie appuntat Segretarju Permanenti responsabbli mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar f’April 2022.

Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal.