Segretarju Permanenti, Ministeru għat-Turiżmu

Is-Sur Anthony Gatt

Is-Sur Anthony Gatt inħatar Segretarju Permanenti f’Mejju 2016 u ġie assenjat fil-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi. F’Ġunju 2017 inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma. F’Novembru 2020 dan sar il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. F’April 2022 is-Sur Gatt inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għat-Turiżmu.

Huwa għandu 34 sena u gradwa b’Masters fil-Business Administration mill-Università ta’ Malta.

Tul il-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku, is-Sur Gatt tela’ l-iskali kollha tas-Servizz Pubbliku sa mill-gradi klerikali, fejn ħadem f’diversi Ministeri u Dipartimenti, fosthom il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u fid-Dipartiment tal-Kuntratti. Fl-2015 huwa nħatar Direttur għas-Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej immexxi mid-Deputat Prim Ministru. Tul dawn is-snin bħala Uffiċjal Pubbliku, is-Sur Gatt irrappreżenta lil Malta f’diversi laqgħat organizzati mill-Unjoni Ewropea.

Is-Sur Gatt huwa miżżewweġ lil Nadia u jgħixu l-Mosta.