Il-kwalità fis-Servizz Pubbliku rriduha tilħaq l-ogħla livelli ta’ eċċellenza. Il-kwalità għalhekk hija essenzjali għal kull dipartiment u entità.
Dipartimenti u entitajiet li jinvestu fil-kwalità jiġu rikonoxxuti permezz tal-Quality Label. Din l-award għandha tkun l-ambizzjoni u l-mira ta’ kull dipartiment u entità.
Il-kwalità hija proċess kontinwu. Dipartiment jew entità tista’ tintgħażel ċentralment għal dan il-proċess jew tapplika għalih.
Il-Quality Label hija t-tarf ta’ proċess ta’ għażla iżda wkoll il-bidu ta’ proċess ta’ aġġornamenti spiss ladarba tinkiseb, biex jinżamm il-livell milħuq.
Il-Quality Label hija rabta ta’ servizz ta’ livell għoli mal-klijenti. Il-Quality Label, flimkien mal-Quality Service Charter għandhom jintwerew kulfejn il-klijenti għandhom aċċess.
Mill-2023 bdiet tingħata wkoll il-Quality Award lil dik l-entità jew dipartiment li diġa tkun ingħatat il-Quality Label fis-snin ta' qabel u tkun żammet servizz ta’ kwalità u impenn konsistentement għolja li jiġi rifless f’riżultati pożittivi fil-Mystery Shopper u monitoraġġ ieħor ghal diversi snin. Fl-2023 il-Quality Award ingħatat lill-Business 1st.
Il-Kwalità fis-Servizz Pubbliku
Il-kwalità għas-Servizz Pubbliku m’għadhiex terminu vag suġġett għall-interpretazzjoni tal-persuni. Dan għaliex f’dawn l-aħħar snin is-Servizz Pubbliku ddefinixxa xi tfisser il-kwalità; Kwalità mibnija fuq erbgħa pilastri li fuqhom huwa msejjes is-Servizz Pubbliku.
Il-vuċi: nisimgħu lill-klijenti u ma niddejqux nisimgħu l-kritika għas-servizz li noffru u l-ideat li jkollhom kif intejbu s-servizz għalihom. Naraw l-ideat li l-klijenti jwasslulna u nsaħħu l-iskema ta’ ideat li jiġu minn fost l-impjegati;
Id-disinn: niffurmaw policies u proċessi li jilħqu l-aspettativi tal-klijenti u anke ngħadduhom;
Il-pakkett: Delivery – servizz f’waqtu, ta’ livell u faċli li jilħaq u jintlaħaq; u
Il-kontabilità: Il-qofol ta’ servizz onest hu li jagħti garanzija ta’ onestà. Kontabiltà tfisser ukoll lealtà lejn il-klijent li jagħmel użu mis-servizz li nagħtu li tissarraf u tkun manifestata f’dawn l-istess prinċipji bażiċi li rridu nħaddmu.Għall-mannwal tal-Quality Award agħfas hawn. u biex tapplika ibgħat email fuq managementsupport.opm@gov.mtDipartimenti jew entitajiet li fil-preżent għandhom il-Quality Label huma:
ARPA
Business 1st
servizz.gov hubs
Aġenzija Żgħażagħ
Servizzi Ewropej f’Malta
Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NBTS)
Dipartiment tal-Informazzjoni
Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti
Taxpayer Service servizz.gov
Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali
Ċentru Nazzjonali għall-Iskrining
Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
L-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari - (CSO)
Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
L-Aġenzija Identita’ Malta - Taqsima tal-Karta tal-Identita’ Malta
L-Aġenzija Identita’ Malta - Uffiċċju tal-Passaporti Malta
One-Stop-Shop