Operaturi tan-negozju li jinstab li għandhom konformita’ għolja mal-leġislazzjonijiet li jirregolawhom jingħataw ċertifikat “High Standard of Compliance”.
Biex ikun eliġibbli għaċ-ċertifikat, operatur ta’ negozju jrid ikun regolat u spezzjonat minn spettorat wieħed, jew aktar, elenkati fl-Iskeda fil-Kap. 568 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva bdiet bin-negozji li jbiegħu l-Apparat tad-Dar. Aktar tipi ta' negozji qed jiżdiedu b'mod gradwali.
Lista ta’ stabbilimenti li ngħataw iċ-ċertifikat ta’ Standard Għoli ta’ Konformità:
Ħwienet tal-Elettronika
Ironmongery
Kummerċ u/jew Imbollar ta’ oġġetti ta’ Metall Prezzjuż
Pet Shops (li ma jbiegħux annimali)
Stabbilimenti li jbiegħu Apparat tad-Dar
Stabbilimenti li jbiegħu Deterġenti
Stabbilimenti li jbiegħu Tagħmir Industrijali
L-Uffiċċju li Jikkordina l-Ispezzjonijiet twaqqaf fl-2017 taħt l-Att li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern (Kap. 568). Dan l-uffiċċju jikkordina l-ispezzjonijiet li jsiru mill-korpi tal-gvern bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq in-negozji u biex l-ispezzjonijiet isiru aktar trasparenti u effettivi.
Minn meta twaqqaf dan l-Uffiċċju ħames snin ilu, saret ħidma intensiva sabiex inħolqot sistema fejn spezzjoni waħda ta’ stabbiliment tirriżulta fil-ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa. Kull entita’ tirċievi l-informazzjoni relevanti għall-ħtiġijiet tagħha. Din l-informazzjoni tiġi mbagħad analizzata u tittieħed azzjoni kif xieraq mill-entitajiet rispettivi. B’hekk qiegħed jonqos in-numru ta’ spezzjonijiet ta’ rutina li jsiru fil-post tan-negozju mingħajr ma jonqos il-kontroll neċessarju għas-serħan il-moħħ tal-konsumatur. Dan il-metodu ġdid jiffranka ħafna ħin prezzjuż kemm lill-entitajiet involuti u kif ukoll lill-operaturi tan-negozji.
Jekk għandek xi mistoqsija tista' tibgħat email lil dan l-Uffiċċju fuq inspectionscoordination.opm@gov