L-ewwel ċerimonja ta’ gradwazzjoni tax-xorta tagħha saret nhar is-6 ta’ Ottubru 2016 (ara l-filmat u r-ritratti). F’din iċ-ċerimonja ggradwaw madwar mitejn uffiċjal pubbliku li temmew b’suċċess korsijiet akkreditati maħsuba biex itejbu l-għarfien u l-effiċjenza tagħhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Il-korsijiet li segwew dawn l-uffiċjali pubbliċi kienu dawk tal-Public Management Toolkit, li jsaħħaħ il-ħiliet ta’ dawk l-uffiċjali pubbliċi fit-tmexxija tas-Servizz Pubbliku, Strategic Change Management Award, li l-għan tiegħu hu li jsaħħaħ l-abilitajiet ta’ uffiċjali pubbliċi biex iġibu bidla fit-tmexxija fis-Servizz Pubbliku, Executive Leadership Award, li jipprepara uffiċjali pubbliċi għal tmexxija strateġika fis-Servizz Pubbliku, kif ukoll il-Foundation Course in Customer Care, u l-Advanced Course in Customer Care.
Iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni baqgħet issir kull sena u hija parti integrali mill-kalendarju tas-Servizz Pubbliku.