Segretarju Permanenti Ewlieni

Is-Sur Mario Cutajar

Is-Sur Cutajar twieled fl-1958. Studja f’Universitatjiet f’Malta u fl-Ingilterra minn fejn iggradwa fl-istudji soċjali u fil-management. Beda l-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku fl-1976 fejn ħadem f’diversi Dipartimenti, Ministeri, entitajiet pubbliċi kif ukoll fis-settur privat.

Għal numru ta’ snin kien ukoll uffiċjal tal-General Workers’ Union fejn kien elett Deputat Segretarju Ġenerali sakemm irriżenja mill-kariga fl-2002. Huwa okkupa wkoll pożizzjonijiet għolja f’Heritage Malta kif ukoll fis-settur privat.

Is-Sur Cutajar inħatar Segretarju tal-Kabinett f’Marzu 2013 u Segretarju Permanenti Ewlieni x-xahar ta’ wara.

Is-Sur Cutajar ippubblika sensiela ta’ kotba marbuta mal-istorja ta’ pajjiżna.