IDEA hija inizjattiva li ġiet varata fit-8 ta’ Ottubru 2014. Permezz ta’ sit elettroniku li huwa aċċessibbli biss għall-uffiċjali pubbliċi, l-impjegati jistgħu jressqu l-IDEA tagħhom dwar kif jista’ jitjieb l-operat tas-Servizz Pubbliku. Dawk l-IDEAt li jistgħu jitwettqu jingħataw għarfien.

L-inizjattiva m’għandhiex data ta’ skadenza. Dan bil-għan li uffiċjal pubbliku jista’ jressaq l-IDEA tiegħu meta jrid u fi x’ħin irid.

L-ewwel IDEAt ġew rikonoxxuti waqt attività ta’ rikonoxximent matul il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2015, bl-isem ta’ Nirrikonoxxu x-Xogħol.

It-tieni edizzjoni tas-serata ta’ rikonoxximent (ara l-filmat) saret matul il-Ġimgħa tas-Servizz Pubbliku 2016 – Ninvestu fin-Nies. It-tema magħżula għal din is-sena b’rabta mal-inizjattiva IDEA kienet Nirrikonoxxu l-Ideat.

 

Ara d-dokument ta’ proċedura ta’ IDEA